Appelli kontra r-revoka ta` l-permessi dwar l-izvilupp ta` villel fil-Bajja tal-Ramla, Ghawdex
Wara r-revoka tal-permessi ghal l-izvilupp ta villel flok Ulysses Lodge fir-Ramla, Ghawdex, mill-Awtoria` Ta` Malta Dwar l- Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), l-izviluppatur dahal appelli kontra dawn ir-revoki.

Il- MEPA irrevokat dawn il-permessi wara rapport iddetaljati mhejji mill konsulent fl’ippjanar ambjentali l-Perit Lino Bianco ghan-nom ta` Carmen Bajada, residenta u kunsilliera fil-Kunsill Lokali tax-Xaghra. Dawn ir-rapporti jinkludu provi li l-outline permit gie mahrug fuq informazzjoni “falza, qarrieqa jew mhux korretta” skond l-Artiklu 39A ta` l-Att dwar l-Ippjanar.

L-ahhar seduta tal-Bord ta` l-Appell dwar l-Ippjanar mizmuma l-bierah 11 ta` Lulju 2008, il-MEPA qajmet punt fuq il-validita ta` l-appelli ghax l-appellant naqas milli jhallsa il-mizata dovuta lil-Bord.

Qabel is-seduta tal-bierah, gie ipprezentat rikors lil-Bord ta` l-Appell min Carmen Bajada, l-uniku objector validu kontra l-izvilupp tar-Ramla skond l-Att Dwar l-Ippjanar, biex tattendi u jkollha dritt taghmel is-sottomissjonijiet taghha quddiem il-Bord ta` l-Appell.
:: back to news
12 Jul 2008 by Saveramla.com