PRESS RELEASE - Revoka ta` l-outline permit biex jigu zviluppati vilel fil-Bajja tal-Ramla, Ghawdex
Rapport dettaljat kien sottomess lill-Awtorita` Maltija ta` l-Ambjent u l-Ippjanar, MEPA, aktar kmieni l-gimgha li ghaddit fejn intalbet ir-revoka ta l-outline permit ghall-izvilupp ta’ vilel flok Ulysses Lodge fir-Ramla, Ghawdex. Ir-rapport gie mhejji mill konsulent fl’ippjanar ambjentali l-Perit Lino Bianco ghan-nom ta` Carmen Bajada, residenta u kunsilliera fil-Kunsill Lokali tax-Xaghra.

Il-Perit Lino Bianco issottometta prova lil MEPA li l-applikazzjoni, li ghaliha gie mahrug l-outline permit, kellha informazzjoni “falza, qarrieqa jew mhux korretta” skond l-Artiklu 39A ta` l-Att dwar l-Ippjanar, liema informazzjoni kellha effett sinifikanti fuq il-hrug tal-permess ghall-izvilupp. Fuq is-sit hemm diversi applikazzjonijiet u permessi li ma kinux dikkjarati fl-applikazzjoni, u l-anqas gew konsultati waqt il-process ta` l-applikazzjoni, liema applikazzjonijiet u permessi kienu maghrufa mill-ufficcju tal-perit li issottometta l-applikazzjoni ghax kien l-istess ufficcju li fil-passat kien involut fl-applikazzjonijiet u permessi li hemm fuq l-imsemmi sit. Il-Perit Bianco issottometta prova li nofs l-art iddikjarata “developed and disturbed land”, is-sit li fuqha kien propost li jinbnew il-kumpless ta` vilel, ma ghandhiex permess ghall-zvilupp.

Fir-rapport, il-Perit Bianco ufficjalment talab lil MEPA tannulla l-outline permit mahrug ir-Ramla, b’hekk il-full permit ghall-istess zvilupp propost huwa null u bla effett.
:: back to news
26 Jul 2007 by Saveramla.com