PRESS RELEASE- Permess ghal zvilupp ta` vilel fuq triq pubblika fir-Ramla, Ghawdex
Simultanjament mar-rapport dettaljat sottomess mill-Perit Bianco lil Awtorita ta` l-Ambjent and l-Ippjanar, MEPA, aktar kmieni l-gimgha li ghaddiet, fejn talab ir-revoka ta` l-outline permit biex isir zvilupp tal-vilel flok Ulysses Lodge fir-Ramla, Ghawdex, rapport iehor kien sottomess mill-istess Perit Bianco fil-konfront tal-full permit.

Ir-rapport fir-rigward tal-full permit isostni li l-MEPA effettivament harget permess ghall-bini ta` vilel fuq mghodija pubblika, propjeta` li kienet ddikjarata li hija ta` l-applikant. Ir-rapport jinkludi prova li l-propjeta` hija pubblika u jannetti kopja ta` l-applikazzjoni tal-Lands Department ghar-registrazzjoni ta` l-artijiet tal-gvern ta` l-inhawi. Minn din l-applikazzjoni jirrizulta li l-vilel ha jigu mibnija f`nofs triq pubblika. Fir-rapport, il-Perit Bianco informa lic-Chairman tal-MEPA li jekk hu jibghat il-permess lill-applikant, il-MEPA tinzamm “kriminalment responsabbli ghall-ghoti ta` permess fuq pretenzjoni ta` dritt ta` terz, liema pretenzjoni tinterfera mat-tgawdija pubblika ta’ mghodija ufficjali”.

Il-Perit Bianco ghadda kopja tar-rapport lid-Dipartiment ta` l-Artijiet u lill-Kummissarju tal-Pulizija.

:: back to news
28 Jul 2007 by Saveramla.com