PRESS RELEASE: Il-kaz ta` zvilupp ta` vilel fir-Ramla, Ghawdex: Nuqqas dikjarat
Ghaddew aktar minn hmistax min meta zewg rapporti gew sottomessi lill-Awtorita` Ghall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex tirrevoka u tannulla l-outline u l-full permit. Sa llum, l-ebda stqarrija ma nharget mill-MEPA fuq l-imsemmija rapporti. Dawn il-permessi jirrigwardaw zvilupp ta` vilel f’ sit fuq il-Bajja tar-Ramla.

Il- Perit Lino Bianco, konsulent fuq l-ippjanar ambjentali, gie mitlub mill-Kumitat Save Ramla immexxi minn Carmen Bajada, residenta u kunsilliera tal-Xaghra, biex jinvestiga kemm l-outline kif ukoll il-full permit u jissottometti il-konkluzjonijiet tieghu lill-MEPA. Aktar minn hmistax ilu, il-Perit Bianco issottometta zewg rapporti teknici fejn talab lill-MEPA biex tirrevoka l-outline permit u ma` tibghatx il-full permit lill-applikant.

Iz-zewg rapporti jinkludu provi lil hinn min kull dubju li l-outline permit inhareg fuq applikazzjoni li kellha informazzjoni li kienet “falza, qarrieqa jew mhux korretta” u li l-full permit, minghajr ma l-MEPA kienet taf, inhareg biex jinbnew vilel fuq art pubblika.

Fil-prezent, wara l-ahhar wiehed miz-zewg rapporti, fejn il-Perit Bianco informa lic-Chairman tal-MEPA li, jekk hu jibghat il-permess lill-applikant, il-MEPA “tinzamm kriminalment responsabbli ghall-ghoti ta` permess fuq pretenzjoni ta` dritt ta` terz, liema pretenzjoni tinterferixxi mat-tgawdija pubblika ta’ moghdija ufficjali”, il-Kumitat Save Ramla jinsab informat li l-full permit, ghalkemm ipprintjat, ma ntbghatx mill-MEPA lill-applikant. Ghaldaqstant, ebda xoghol ma jista jibda fuq is-sit.

Sal-lum, il-MEPA ghadha ma harget ebda stqarrija. Il-Kumitat Save Ramla ha jqieghed ir-rapporti teknici tal-Perit Bianco fuq il-website tieghu, www.saveramla.com, aktar tard din il-gimgha.
:: back to news
03 Aug 2007 by Saveramla.com