PRESS RELEASE: Il-kaz ta` zvilupp ta` vilel fir-Ramla, Ghawdex: Ir-rapporti teknici tal-Perit Bianco ippubblikati
Il-Kumitat Save Ramla immexxi minn Carmen Bajada, residenta u kunsilliera fil-Kunsill Lokali Xaghra, ghadu kif qieghed kopji mhux editjati tar-rapporti teknici tal-Perit Lino Bianco fuq il-website tieghu, www.saveramla.com, liema rapporti gew sottomesi lill-Awtorita` Ghall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kwazi tlett gimghat ilu.

Dawn il-rapporti jinkludu provi li l-outline permit inhareg fuq informazzjoni li kienet “falza, qarrieqa jew mhux korretta” u li l-full permit inhareg fuq moghdija pubblika. Ir-rapporti jappellaw lil MEPA biex tirrevoka u tannulla kemm l-outline permit kif ukoll il-full permit.

Il-bierah il MEPA harget stqarrija qasira fejn sostniet li bhalissa qieghda tevalwa talba ghar-revoka u annullament tal-permessi ghal zvilupp fir-Ramla l-Hamra skond l-Artiklu 39A ta` l-Att dwar l-Ippjanar.

Il-Kumitat Save Ramla jinnota li, wara s-sottomissjoni tar-rapporti tal-Perit Bianco, MEPA zammet lura milli jibghat il-full permit u ghaldaqstant l-ebda xoghol ta` bini ma` jista jibda fuq is-sit. Hekk kif l-outline permit ikun revokat, il-full permit ikun rez null u bla effett, ghalhekk il-qirda tar-Ramla titwaqqaf ghal kollox.

:: back to news
04 Aug 2007 by Saveramla.com