PRESS RELEASE - Talba ghal-enforcement notice fuq is-sit ta` l Ulysses Lodge fil-Bajja tal-Ramla, Ghawdex
Wara r-revoka ta` kemm l-outline u l-full permits ghall-izvilupp ta’ vilel flok Ulysses Lodge fir-Ramla, Ghawdex, mill-Awtorita` Maltija ta` l-Ambjent u l-Ippjanar, MEPA, l-istess Awtorita` intalbet biex tohrog enforcement notice fuq l-izvulupp existenti fuq is-sit. Din it-talba saret mill-konsulent fl-ippjanar ambjentali l-Perit Lino Bianco ghan-nom ta` Carmen Bajada, residenta u kunsilliera fil-Kunsill Lokali tax-Xaghra.

Dawn il-permessi gew revokati mill MEPA wara rapporti dettaljati tal-Perit Bianco u kienu jinkludu prova li l-informazzjoni li kienet tinsab fl-applikazzjonijiet rispettivi kellhom informazzjoni “falza, qarrieqa jew mhux korretta” skond l-Artiklu 39A ta` l-Att dwar l-Ippjanar. Wiehed minn dawn ir-rapporti jinkludi prova li nofs l-art iddikjarata mill-applikant bhala “developed and disturbed land” ma ghandhiex permess ghall-zvilupp.

Wara ir-revoka tal-permessi, il-Perit Bianco ufficjalment talab lil MEPA biex taplika u tenforza l-artikli 51, 52 u 55A ta` l- Att dwar l-Ippjanar u ghaldaqstant tohrog avviz ta` twaqqief u ta` twettiq fil-konfront ta` l-applikant u tesigi li jitnehha dak kollu li hemm minghajr permess u jregga s-sit lura ghall-istat originali tieghu.
:: back to news
11 Oct 2007 by Saveramla.com