PRESS RELEASE - Il-MEPA siekta dwar zvilupp illegali fuq is-sit ta` l Ulysses Lodge fil-Bajja tal-Ramla, Ghawdex
Sa llum, l-Awtorita` Maltija ghall-Ambjent u l-Ippjanar, MEPA, ghadha ma harget ebda stqarrija fir-rigward tat-talba biex tohrog enforcement notice fuq parti mill-izvilupp existenti fuq is-sit tal-Ulysses Lodge, iddikjarat mill-applikant bhala “developed and disturbed land”. Din it-talba saret mill-konsulent fl-ippjanar ambjentali l-Perit Lino Bianco ghan-nom ta` Carmen Bajada, residenta u kunsilliera fil-Kunsill Lokali tax-Xaghra.

Wara r-revoka ta` kemm l-outline kif ukoll il-full permits ghall-izvilupp ta’ vilel flok Ulysses Lodge fir-Ramla, Ghawdex, il-Perit Bianco issottometta rapport iddettaljat lill-MEPA li jinkludi prova li nofs l-art iddikjarata mill-applikant bhala “developed and disturbed land” ma ghandhiex permess ghal zvilupp. Ir-rapport jinkludi pjanta li turi l-firxa ta’ l-izvilupp illegali.

Il-Kumitat Save Ramla se jqieghed dan ir-rapport fuq il-website tieghu, www.saveramla.com, aktar tard din il-gimgha.
:: back to news
19 Oct 2007 by Saveramla.com